Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa huma 866 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 62 każ ġdid u kien hemm 42 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 12-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
It-total ta’ mwiet żdied għal 464 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet anzjan ta’ 72 sena waqt li kien pożittiv għall-virus.
Sal-Ħadd filgħaxija kienu ngħataw 930,460 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 96,507 kienu dożi tal-booster.