Friday, December 3, 2021

Il-POU tikkundanna aġir vjolenti fil-konfront tal-Pulizija

Aqra wkoll

Il-Police Officers Union qiegħda tikkundanna kull aġir vjolenti fil-konfront tal-pulizija li jfixkluhom milli jagħmlu d-dmirijiet tagħhom. 

Bejn il-Ħadd 21 ta’ Novembru 2021 u t-Tnejn 22 ta’ Novembru 2021 seħħew diversi inċidenti fejn persuni refgħu idhom fuq il-pulizija għalhiex sempliċiment kienu qed jagħmlu xogħolhom fosthom ġewwa l-Ground tal-Football f’Ta’ Qali kif ukoll fl-Isptar Mater Dei. 

Il-POU qiegħda ssostni li se tkun qed tagħmel pressjoni sabiex dawn l-inċidenti ma jibqgħux iseħħu.

Intant l-union awgurat fejqan ta’ malajr lil dawk involuti u rringrazzjathom tax-xogħol kbir u impekkabli li jagħmlu.

Sport