Thursday, December 2, 2021

Tqassam id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2022

Aqra wkoll

Il-Maltapost qassmet id-Djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2022 f’kull dar ta’ Malta u Għawdex. Permezz ta’ dan id-djarju, li bit-tagħrif li fih jibqa’ jintuża s-sena kollha, is-sostenituri jkollhom l-opportunità li juru s-solidarjetà tagħhom mad-Dar li toffri residenza lil mija u ħmistax-il resident b’diżabilità bl-aħjar ambjent li jgħin fl-iżvilupp tagħhom.

Bħal fis-snin l-imgħoddija, id-djarju fih il-ħinijiet tal-quddies kollu tal-Ħdud u ta’ matul il-ġimgħa fil-knejjes u kappelli kollha ta’ Malta u Għawdex u kalendarju dettaljat. Fih ukoll il-lista tal-festi parrokkjali kollha fiż-żewġ gżejjer għas-sena ddieħla. Ir-ritratt bil-kulur li hemm fuq il-faċċata ta’ quddiem li juri l-Wied tal-Grazzja fit-triq bejn ir-Rabat u Marsalforn huwa tal-fotografu Ian Noel Pace.

Dawk li ma waslilhomx id-djarju huma ġentilment mitluba li jċemplu lir-Reception tad-Dar fuq 2146 2844 jew b’imejl fuq info@dartalprovidenza.org.

MAPFRE MSV Life u GasanMamo Insurance sponsorjaw l-istampar tad-djarju waqt li l-Maltapost reġgħet ġentilment aċċettat li tqassam id-djarji mingħajr ħlas fid-djar kollha

F’isem id-Dar tal-Providenza, GRAZZI

Sport