Wednesday, December 25, 2024

Covid-19: “L-għaqdiet volontarji qed jagħtu eżempju ta’ kif il-pajjiż kollu għandu jingħaqad”

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima irodd ħajr lis-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar, f’jum ir-rikonoxximent tal-voluntiera

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima faħħar il-voluntiera fi ħdan is-Soċjeta Maltija tas-Saliba, għall-ħidma tagħhom fil-kommunita, kif ukoll fil-qasam mediku, b’reazzjoni għall-pandemija tal-Covid-19.

“Minn qalbi, u f’isem il-Maltin u l-Għawdxin kollha, nixtieq nirrangrazzjahom ta’ dan il-ġest sabiħ. Hu f’mumenti bħal dawn li tispikka ferm l-għaqda nazzjonali, u l-ġenerożita li magħruf għalihom dan il-poplu. Aktar minn qatt qabel, għandna bżonn lil xulxin, biex negħelbu din l-isfida.”

Grima saħaq li bħala poplu Malti, għandna nagħmlu kuraġġ, inkomplu nisimgħu l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa, u nagħmlu użu mis-servizżi utli li qed jiġu offruti. Huwa żied li dawn l-għaqdiet volontarji qed jagħtu eżempju ċar ta’ kif il-pajjiż kollu għandu jkun maqgħud f’dan il-mument ta’ sfida.

Intant, id-Direttur tal-Operazzjonijet fi ħdan l-istess Soċjeta, Robert Brincau, saħaq kif is-soċjeta kienet qegħda toffri bosta servizzi, fosthom “it-twassil ta’ bżonnijietnta’ ikel u mediċina lil persuni vulnerabblli, u lil dawk li ma jistgħux joħorġu mid-dar. Dan qiegħed isir b’kollaborazzjoni ma’ diversi kunsilli lokali, u ma’ entita privata ta’ karozzi tal-kiri li offriet diversi vetturi biex tista’ tintlaħaq id-domanda.”

Brincau tenna kif l-għaqda bħalissa qegħda taħdem fuq proġett ta’ kliniċi mediċi f’ċentri miftuħin għar-residenti immigranti, mmexxija mill-membri tagħha sttess. Din il-klinika ser tkun tista tilqa ġewwa fiha mal-150 persuna miċ-ċentru miftuħn ta’ Ħal Far.

Ekonomija

Sport