Saturday, May 4, 2024

Studju juri li l-forma tal-coronavirus li jinsab fl-Ewropa huwa aktar qattiel minn dak fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Riċerkaturi mill-Università ta’ Zhejiang żvelaw li l-coronavirus inbidel f’mill-inqas 30 ‘strain’ differenti, li jvarjaw fis-severità tagħhom

S’issa kien hemm aktar minn 2.4 miljun każ ta’ persuni li ġew infettati bil-coronavirus madwar id-dinja kollha, u studju ġdid qed jindika li l-forma tal-virus (‘strain’) li tinsab fl-Ewropa hija ferm aktar qattiela minn dik li tinsab fl-Istati Uniti.

Riċerkaturi mill-Università ta’ Zhejiang jemmnu li l-coronavirus inbidel f’mill-inqas 30 strain differenti.

Il-forom tal-virus fiċ-Ċina u l-Ewropa nstab li huma l-aktar forom perikolużi għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt dak li jinsab fl-Istati Uniti huwa aktar ħafif.

Fl-istudju tagħhom, ir-riċerkaturi analizzaw strains minn 11-il pazjenti infettat bil-coronavirus, u għamlu testijiet biex jaraw kemm il-virus effettivament jista’ jinfetta u joqtol ċelloli tal-bniedem.

Ir-riżultat ta’ dan l-istudju juri li wħud mill-aktar forom qattiela tal-virus kienu jinsabu f’Zhejiang, b’dawn is-strains tal-virus jinstabu wkoll fi Spanja, l-Italja u New York.

L-istudju jindika li dan il-virus huwa mal-270 darba aktar b’saħħtu minn forom aktar ħfief.

Intant instab li fl-Istati Uniti, il-biċċa l-kbira tal-pazjenti kienu infettati bl-aktar strain ħafifa tal-virus.

L-istudju li ġie ppubblikat f’medRxiv u tmexxa mill-Professur Hagping Yao.

B’kollox ir-riċerkaturi identifikaw 31 strain differenti tal-virus, bi 19 minnhom ikunu ġodda.

Abbażi ta’ dan l-istudju, ir-riċerkaturi kkonkludew li filwaqt li vaċċin kontra l-coronavirus jaf jgħin lil uħud mill-pazjenti, l-istess vaċċin jaf ikun ineffettiv kontra strains oħrajn tal-virus.

Sport