Thursday, October 10, 2024

Covid-19: Mara ta’ 64 sena tmut waqt li kienet pożittiva bil-virus

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,351 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 62 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 33 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 719.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 33 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tnejn li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet issa huwa 442 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietet mara ta’ 64 sena waqt li kien pożittiva bil-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 798,760 doża. Minn dawn 415,003 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 413,600 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport