Friday, November 15, 2024

Covid: Aktar każi ta’ fejqan milli dawk ġodda; imutu żewġt anzjani

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 4,309.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 314 każ ġdid filwaqt li 490 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 101, b’sitta minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 538 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġt irġiel li kellhom 86 u 88 sena rispettivament waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,201,389 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 325,224 li huma dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport