Friday, July 31, 2026
Home Internazzjonali Għexieren ta’ persuni jgħibu wara li dgħajsa li kienu fuqha għerqet...

Għexieren ta’ persuni jgħibu wara li dgħajsa li kienu fuqha għerqet ftit ’il barra minn Florida

0
768

Il-Gwardja tal-Kosta tal-Is­tati Uniti tal-Amerika tinsab għaddejja bi tfittxijiet għal 39 persuna li għebu wara li dgħajsa li kienu fuqu għereq ftit ’il barra mill-kosta ta’ Florida.

L-uffiċjali Amerikani kienu ġew mgħarrfa li sajjied lemaħ raġel iżomm ma’ dgħajsa maqluba madwar 45 mil ’il barra mill-belt ta’ Fort Pierce. Hekk kif ġie salvat, dan ir-raġel qal li huwa kien parti minn grupp ta’ persuni li telqu minn Bimini fil-Bahamas nhar is-Sibt li għadda u ntlaqtu minn maltempata qalila.

L-uffiċjali qalu li probabbilment din id-dgħajsa kienet parti  “operazzjoni ta’ traffikar uman”. Skont l-individwu salvat, ħadd mill-passiġġieri ma kien liebes ġakketta tas-salvataġġ. 

Id-distanza bejn il-Bahamas u Miami hija biss 80 mil, u t-tfittxijiet qed isiru fuq żona ta’ 135 mil. Sfortunatament inċidenti bħal dawn f’din iż-żona mhumiex xi ħaġa rari. Ħafna drabi dawn ikunu jinvolvi immigranti minn Kuba u Haiti li jkunu qed jipprovaw jidħlu fl-Istati Uniti.