Tuesday, May 14, 2024

Covid: Il-każi attivi jinżlu taħt l-10,000; imutu żewġ anzjani

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 9,920.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 301 każ ġdid filwaqt li 1,133 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 102, bi tmienja minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 506 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu anzjan ta’ 75 sena u anzjana ta’ 77 sena waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,168,755 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 305,549 li huma dożi tal-booster.

Sport