Tuesday, April 30, 2024

Cristiano Ronaldo huwa t-tieni player li Erik ten Hag ma jridx miegħu

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, mhux se jilgħab aktar għal Manchester United. 

Dan minħabba li l-coach Erik ten Hag innotifika lid-diriġenti tal-club li ma jridx jaħdem aktar mal-player ta’ 37 sena wara li l-istess Ronaldo f’intervista mill-aktar kontroversjali attakka lill-club kif ukoll lill-coach Olandiż fejn sostna li ma għandu l-ebda rispett lejh. 

Aktar minn hekk, fil-jiem li ġejjin ir-Red Devils se jitterminawlu l-kuntratt wara li kiser ir-regoli tal-etika tax-xogħol. 

Dan ifisser li Ronaldo se jkun it-tieni player li Ten Hag ma jridx jaħdem miegħu … bl-ieħor ikun Noa Lang, fit-team ta’ Ajax, li bħalissa jinsab mal-iskwadra Olandiż jipprepara għat-Tazza tad-Dinja. 

Ten Hag u Lang qatt ma kellhom relazzjoni tajba u kienu ta’ sikwit jargurmentaw waqt it-taħriġ kif ukoll waqt il-logħob kompetittiv. U filwaqt li kien hemm medjatur biex is-sitwazzjoni tikkalma … kien hemm żmien fejn irrenjat is-serenitá bejniethom. 

Iżda inċident partikolari waqt it-taħriġ f’Jannar 2020, Ten Hag ma riedux aktar fit-team. F’dak il-perjodu Marc Overmars kien id-direttur sportiv tal-club fejn ipprova jintervjeni u kien staqsa lil Ten Hag jekk iridx jibagħtu b’self ma’ xi club ieħor. Iżda t-tweġiba tal-coach kienet biex jitfgħu lil Lang fuq il-lista tat-trasferimenti minnufih fejn eventwalment ingħaqad ma’ Club Brugge tal-Belġju.

Sport