Sunday, December 22, 2024

Cristiano Ronaldo isellem lil Juventus … se jingħaqad ma’ Manchester City

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo ddeċieda li jħalli lil Juventus biex jingħaqad ma’ Manchester City, u l-ftehim jista’ jitlesta f’24 siegħa.

Ronaldo kien marbut ma’ ċaqliq ‘il bogħod minn Turin matul dan is-sajf, iżda ċaqliq lejn Manchester City ma kienx mistenni, speċjalment minħabba r-rabtiet tiegħu ma’ Manchester United.

Manchester City għandhom joffru €24m biex jiżguraw is-servizzi tal-player ta’ 36 sena u l-aġent Jorge Mendes huwa rrappurtat fuq missjoni biex jikkonvinċi lis-Citizens li jinvestu.

Il-manager Pep Guardiola għandu mbagħad jilqa’ lil Ronaldo fl-Etihad Stadium. Dan filwaqt li l-captain Portugiż wasal Continassa dalgħodu stess.

Ronaldo wasal għall-ħabta tad-9.20am ħin u daħal fiċ-ċentru sportiv f’dak li jidher li huwa l-jum deċiżiv għat-tluq tiegħu fejn sellem ukoll lil sħabu għall-aħħar darba.

Ronaldo għandu ftehim ma’ Man City, iżda Mendes jeħtieġ li jġib lura l-offerta t-tajba biex jieħu l-pass ‘il quddiem mid-diretturi ta’ Juventus.

Juventus bħalissa qed jaħdmu fuq sostituti possibbli, b’Mino Raiola f’Contassa lbieraħ iddiskuta ritorn potenzjali għal Moise Kean. Gianluca Scamacca u Giacomo Raspadori ssemmew ukoll bħala miri possibbli.

Ekonomija

Sport