Wednesday, July 24, 2024

Cristiano Ronaldo jikser rekord fis-Saudi Pro League

Aqra wkoll

L-attakkant veteran Portugiż Cristiano Ronaldo kiser ir-rekord fis-Saudi Pro League bħala l-plejer li skorja l-iktar gowls fi staġun wieħed.

Fil-fatt wara d-doppjetta kontra Al Ittihad fir-rebħa ta’ 4-2, Ronaldo issa skorja 35 gowl tul l-istaġun kollu. Magħhom wieħed irid iżid ukoll 11-il assist li hu wettaq f’31 partita milgħuba. Ir-rekord preċedenti kien għal Mohamed Hamdallah lura għall-istaġun 2018/19 meta dakinhar kien skorja 34 gowl .

Ekonomija

Sport