Wednesday, July 24, 2024

Harry Kane jirbaħ iż-żarbuna tad-deheb

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane rebaħ iż-żarbuna tad-deheb Ewropea bħala l-aqwa skorer ta’ dan il-kontinent. Il-plejer ta’ 30 sena skorja 36 gowl staġjonali fid-debutt tiegħu fil-Bundesliga ma’ Bayern Munich.

Għalkemm it-tim tiegħu ma kkonfermax ruħu bħala champion u l-istess Kane ma rebaħ l-ebda unur, xorta waħda rnexxielu jispiċċa bħala l-iskorer prolifiku fil-kampjonat Ewropej qabel Serhou Guirassy ta’ Stuttgart (28 gowl) u Kylian Mbappe ta’ Paris St Germain u Erling Braut Haaland (it-tnejn b’27 gowl).

Ekonomija

Sport