Wednesday, September 30, 2026
Home Sport Cristiano Ronaldo jiltaqa’ mal-coach Jorge Jesus wara li tħalla fuq il-bank kontra...

Cristiano Ronaldo jiltaqa’ mal-coach Jorge Jesus wara li tħalla fuq il-bank kontra n-Norveġja

0
62

Cristiano Ronaldo mistenni jidħol f’taħditiet urġenti mal-kowċ tat-team nazzjonali Portugiż Jorge Jesus wara r-reazzjoni tiegħu meta tħalla fuq il-bank fil-partita kontra n-Norveġja.

Il-captain ta’ 41 sena ma lagħab ebda minuta fir-rebħa ta’ 2-1 tal-Portugall fil-UEFA Nations League nhar il-Ħadd. Wara tmiem il-logħba, Ronaldo mar direttament lejn it-tunnel minflok ingħaqad ma’ sħabu biex isellmu lill-partitarji Portugiżi li kienu preżenti.

Issa, il-president tal-Federazzjoni Portugiża tal-Football, Pedro Proenca, allegatament biddel il-programm tiegħu sabiex jindirizza s-sitwazzjoni. Għaldaqstant, hemm ippjanat laqgħa bejn Proenca, Ronaldo u Jesus.

Skont Record, Proença kellu jivvjaġġa lejn l-Ażores għal partita tat-tim nazzjonali Portugiż ta’ taħt il-21 sena. Madankollu, it-tentattiv biex tissolva t-tensjoni madwar Ro­naldo sar prijorità.

Is-sitwazzjoni qed thedded li ttappan l-bidu pożittiv ta’ Jesus fit-tmexxija tal-Portugall, hekk kif diġà qed ikun hemm attenzjoni fuq kif qed juża lil Ronaldo wara li nħatar bħala s-suċċessur ta’ Roberto Martínez.

Jesus kellu l-ħsieb li jagħti madwar nofs siegħa logħob lil Ronaldo kontra n-Norveġja, iżda abbanduna dan il-pjan hekk kif il-partita kompliet tiżvolġi. Il-Portugall xorta ħarġu rebbieħa 2-1, bil-goal tar-rebħa jiġi deċiż minn Goncalo Ramos. 

Madankollu, ir-rebħa ma ħbietx il-frustrazzjoni ta’ Ronaldo li spiċċa spettatur. Din kienet l-ewwel partita kompetittiva tal-Portugall fi 18-il sena li fiha Ronaldo baqa’ fuq il-bank mingħajr ma daħal jilgħab.

Ramos, li għandu 25 sena, qed jitqies bħala suċċessur naturali fl-attakk. Il-goal tiegħu kontra n-Norveġja żied l-attenzjoni fuq kif Jesus se jsib bilanċ bejn il-futur tat-team nazzjonali u d-determinazzjoni tal-captain Ronaldo li jkompli jilgħab.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here