Cristiano Ronaldo kompla jersaq lejn il-mira storika tal-1,000 goal f’logħbiet uffiċjali, wara li skorja fir-rebħa ta’ Al Nassr bl-iskor ta’ 3-1 barra minn darhom kontra Al Faysaly fis-Saudi Pro League.
L-attakkant Portugiż ta’ 41 sena issa għandu 982 goal fil-karriera, 836 mal-clubs u 146 mat-team nazzjonali.
Il-goals tiegħu mal-klabbs huma mqassma bejn Sporting Lisbona (5), Manchester United (145), Real Madrid (450), Juventus (101) u Al Nassr (135).
Ronaldo skorja t-tieni goal ta’ Al Nassr minn assist ta’ Joao Felix. Al Hamdan u Angelo żiedu goals oħra, filwaqt li Bongonda skorja għal Al Faysaly. Dan l-istaġun, Ronaldo skorja sitt goals ma’ Al Nassr.





