Saturday, October 24, 2026
Home Sport Bundesliga: Ispirati minn player ta’ 17-il sena, Borussia Moenchengladbach jiksbu l-ewwel punti

Bundesliga: Ispirati minn player ta’ 17-il sena, Borussia Moenchengladbach jiksbu l-ewwel punti

0
46

Ispirati mill-player ta’ 17-il sena, Wael Mohya, Borussia Moenchengladbach kisbu l-ewwel punti tagħhom fil-Bundesliga dan l-istaġun b’rebħa drammatika ta’ 3-2 barra minn darhom kontra Stuttgart, wara li dawru telfa f’rebħa.

Stuttgart fetħu l-iskor permezz ta’ Ermedin Demirovic, iżda Joe Scally kiseb id-draw għal Gladbach qabel il-mistrieħ.

Fit-tieni taqsima, Mohya b’mod mill-aktar intelliġenti pprovda l-assist lil  Shuto Machino biex poġġa lil Gladbach fil-vantaġġ, qabel ma l-istess Mohya kabbar il-vantaġġ għal 3-1. Demirovic reġa’ skorja għal Stuttgart, iżda l-viżitaturi żammew il-vantaġġ sal-aħħar.

Din ir-rebħa salvat lil Gladbach milli jsiru l-ewwel team fl-istorja tal-Bundesliga li jibqa’ mingħajr punti fl-ewwel seba’ logħbiet tal-istaġun..

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here