Saturday, October 24, 2026
Home Sport ll-players ta’ Paris St-Germain mhux se jattendu għaċ-ċerimonja tal-Ballon d’Or ta’ nhar...

ll-players ta’ Paris St-Germain mhux se jattendu għaċ-ċerimonja tal-Ballon d’Or ta’ nhar it-Tnejn

0
49

Il-players ta’ Paris St-Germain ma jistgħux jattendu għaċ-ċerimonja tal-Ballon d’Or minħabba li l-partita ta’ Ligue 1 kontra Lyon, li kellha tintlagħab il-Ħadd fil-Parc des Princes, ġiet posposta għat-Tnejn minħabba tħassib dwar is-sigurtà marbut ma’ protesti mistennija f’Pariġi.

Il-partita issa se tintlagħab fit-8.30 pm u għaldaqstant se taħbat maċ-ċerimonja tal-Ballon d’Or, li se ssir f’Londra, li għaliha huma nominati diversi players ta’ PSG, fosthom ir-rebbieħ tas-sena l-oħra Ousmane Dembele.

L-awtoritajiet Franċiżi qed iħejju operazzjoni kbira ta’ sigurtà, b’madwar 70,000 uffiċjal mistenni jintbagħat fit-toroq is-Sibt.

PSG għandhom 10 players nominati għall-premju ewlieni, filwaqt li Warren Zaire-Emery, Matvey Safonov u l-coach Luis Enrique huma nominati f’kategoriji oħra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here