Wednesday, March 27, 2024

Cristiano Ronaldo jista’ jiġi sospiż minħabba s-salarju tiegħu ma’ Juventus

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, jista’ jiġi sospiż minħabba l-iskandlu tas-salarju tiegħu ma’ Juventus li kien jammonta għal €80 miljun. 

Dan fost allegazzjonijiet oħra li kien fost 22 player li “tħallsu barra mill-kotba” tal-Bianconeri.

Ftit tal-ġranet ilu, il-Bianconeri ġew dixxiplinati bi 15-il punti  wara li nstabu ħatja  ta’ ksur tal-kontijiet.

Dak li llum huwa d-direttur ta’ Tottenham, Fabio Paratici, ġie sospiż mill-football għal sentejn u nofs.

Rapporti qed isostnu li players bħal Ronaldo, Giorgio Chiellini u Paulo Dybala tħallsu pagi  “barra mill-kotba” wara li qablu għal differimenti matul il-pandemija tal-Covid-19.

Ronaldo qed jingħad li tħallas €80 miljun minkejja li aċċetta biss għal differiment ta’ €18-il miljun.

U jekk jiġi ppruvat li kienu konxjament kompliċi, jistgħu jirċievu sospensjonijiet ta’ 30 jum fil-football Taljan.

Il-ġimgħa l-oħra, Spurs ġew ixxokkjati meta d-direttur sportiv tagħhom, Paratici, li ħadem ma’ Juventus, ma jistax jibqa’ jaħdem magħhom hekk kif ingħata sospensjoni ta’ sentejn u nofs.  Huwa nstab ħati li orkestra rregolaritatjiet ta’ trasferimentt fuq tliet staġuni ma’ Juventus.

L-istess Paratici mistenni li jappella minn din id-deċiżjoni iżda jidher ċar li l-futur tiegħu fit-Tottenham Stadium huwa wieħed inċert għall-aħħar. 

Juventus ġew akkużati li għollew is-somom tat-trasferimenti fi trattamenti ma’ clubs Taljani oħra fuq tliet staġuni biex joħolqu miljuni ta’ liri fi “qligħ kapitali” għal skopijiet ta’ taxxa.

Intqal li l-Juventini kienu mmanipulaw is-sistema biex jilliberaw is-setgħat tal-infiq tagħhom fis-suq.

Juventus u tmien clubs oħra, fosthom Sampdoria, Genoa u Parma, inizjalment ġew liberati f’Mejju li għadda.

Iżda dak il-verdett ġie appellat fil-Qorti tal-Appell Federali u l-prosekuturi Taljani tal-Assoċjazzjoni talbu biex il-każ jerġa’ jinstema’  għal sanzjonijiet serji fis-seduta tal-ġimgħa li għaddiet.

L-avukat tal-prosekuzzjoni Giuseppe Chine kien talab biss penali immedjata ta’ disa’ punti. Iżda minflok, Juventus ingħataw penalitá ta’ 15-il punt.

Ekonomija

Sport