Monday, December 23, 2024

Cristiano Ronaldo jitlob skuża …

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo skuża ruħu għall-‘isplużjoni’ rrabjata tiegħu fit-tunnel ta’ Goodison Park wara t-telfa ta’ Manchester United li ratu jiġi akkużat li tajjar il-mobile ta’ partitarju ta’ Everton minn idejh.

Il-United qed jaraw l-inċident li jinvolvi lill-attakkant Portugiż li wasal wara t-telfa ta’ 1-0 minn Everton. Ronaldo kien irrabjat wara t-telfa tar-Red Devils mat-team ta’ Frank Lampard is-Sibt wara nofsinhar qabel deher li żvoga r-rabja tiegħu fuq il-mobile ta’ partitarju hekk kif kien miexi fit-tunnel f’Goodison Park.

Wara ftit sigħat Ronaldo talab skuża fuq il-midja soċjali għall-inċident u stieden lill-partitarju affettwat biex imur u jara logħba f’Old Trafford bħala sinjal ta’ rieda tajba.

Ronaldo kiteb: “Qatt mhu faċli li tittratta l-emozzjonijiet f’mumenti diffiċli bħal dak li qed niffaċċjaw. Minkejja dan, irridu dejjem inkunu rispettużi, paċenzjużi u nagħtu eżem­pju liż-żgħażagħ kollha li jħobbu l-logħba sabiħa.

‘Nixtieq niskuża ruħi għall-ħeġġa tiegħi u, jekk possibbli, nixtieq nistieden lil dan il-partitarju biex jara logħba f’Old Trafford bħala sinjal ta’ fair-play u sportsmanship.’

Ħareġ filmat ta’ Ronaldo li jidher ibaxxi idu l-leminija lejn l-art bi frustrazzjoni. Huwa jidher jagħmel kuntatt ma’ dak li jidher li hu l-mobile ta’ partitarju.

Ekonomija

Sport