Saturday, May 4, 2024

Darts: L-MDA torganizza attivita’ għal Step Up for Parkinson’s

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts ingħaqdet ma’ diversi għaqdiet sportivi oħra sabiex tat sehemha fil-kampanja Step Up for Parkinson’s hekk kif ġiet organizzata ġurnata ta’ logħob bl-għan li jinġabru fondi għal din l-assoċjazzjoni.

Step up for Parkinson’s rat il-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet fejn matul ix-xahar t’April li huwa ddedikat għal persuni li jbatu bil-kundizzjoni tal-parkinson’s, qed isiru serje ta’ attivitajiet sportivi,

L-attivitajiet għandhom l-għan li jiġbru fondi għall-Fondazzjoni Together for Parkinson’s, biex pazjenti b’din il-kundizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jirċievu t-trattamenti tagħhom bla ħlas.

Sadanittant fil-kompetizzjoni li saret mill-kategorija tal-irġiel Godfrey Abela ġie fl-ewwel post segwit minn Johann Xerri b’Jade Farrugia u GT Ebejer li temmew fit-tielet post.

Fil-kategorija tan-nisa, Audrey Gauci rebħet is-sezzjoni tagħha segwita minn Joanne Borg b’Liliana Abela u Bev Keen jispiċċaw fit-tielet post.

Xi rappreżentanti f’isem Step Up for Parkinson’s kienu preżenti għal din l-attivita’ fejn flimkien mal-membri tal-MDA qassmu t-trofejn lill-parteċipanti.

Sport