Wednesday, October 7, 2026
Home Sport Cristiano Ronaldo jrid li l-FA Portugiża tikkastigah!

Cristiano Ronaldo jrid li l-FA Portugiża tikkastigah!

0
51

Cristiano Ronaldo insista li mhux se jirtira mill-football internazzjonali u appella lill-Federazzjoni Portugiża tal-Football biex tikkastigah wara li telaq mill-kamp tat-team nazzjonali.

Fi stqarrija ta’ kważi 2,000 kelma, Ronaldo spjega t-tilwima tiegħu mal-coach, Jorge Jesus, fejn sostna li kien hemm ftehim biex ma jilgħabx kontra n-Norveġja u d-Danimarka biex jimmaniġġja l-kundizzjoni fiżika tiegħu. 

Madankollu, qal li Jesus aktar tard qallu li kien se jilgħab 30 minuta kontra n-Norveġja, iżda minkejja li għamel il-warming-up, ma ġiex utilizzat fil-logħba. 

Ronaldo sostna li din kienet it-tieni darba li l-coach ma żammx kelmtu. Iżda Jesus ċaħad li kien hemm ftehim. 

Ronaldo, li skorja 146 goal f’234 dehra, qal li jrid ikompli jirrappreżenta lill-Portugall wara kwalunkwe sospensjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here