Harry Kane kompla jikteb ismu fl-istorja tat-team nazzjonali Ingliż hekk kif laħaq ir-rekord ta’ Peter Shilton għall-aktar dehriet mal-Ingilterra. Kane, li kien captain kontra ċ-Ċekja fil-UEFA Nations League, issa lagħab 125 partita għat-Three Lions.
Barra minn hekk, huwa wkoll l-aqwa skorer fl-istorja tal-Ingilterra, u ż-żewġ goals tiegħu kontra ċ-Ċeki tellgħu t-totla għal 91 goal.
B’hekk Kane għandu 38 goals aktar minn Wayne Rooney, li jinsab fit-tieni post b’53.
Fil-lista tal-aktar players li lagħbu mal-Ingilterra, wara Kane u Shilton b’125 dehra, hemm Rooney (120), David Beckham (115), Steven Gerrard (114), Bobby Moore (108), Ashley Cole (107), Bobby Charlton u Frank Lampard (106 kull wieħed), u Billy Wright (105).




