Tuesday, April 30, 2024

Cristiano Ronaldo jrid li Man Utd jirbħu l-kampjonat

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo diġà għamel ċari l-ambizzjonijiet għoljin tiegħu ma’ Manchester United mar-ritorn tiegħu f’Old Trafford, bil-fenomenu Portugiż jgħid lil sħabu li jrid jirbaħ it-titlu dan l-istaġun.

Ronaldo, ta’ 36 sena issiġilla l-bidla sensazzjonali tiegħu għar-Red Devils dan is-sajf fi trasferiment ta’ £19.8 miljun mingħand Juventus, 12-il sena wara t-tluq tiegħu minn mar-Red Devils biex jingħaqad mal-ġganti Spanjoli Real Madrid.

Il-Portugiż ġie rilaxxat mill-impenji internazzjonali kmieni din il-ġimgħa u wasal Manchester nhar il-Ħamis, fejn ġie muri jitkellem mal-ex sieħbu tat-team Darren Fletcher mal-wasla tiegħu.

Ronaldo wiegħed li ‘l-istorja se tinkiteb għal darb’oħra’, wara li rebaħ il-Premier League, iċ-Champions League u l-Ballun tad-Deheb waqt l-ewwel esperjenza tiegħu fil-club.

U huwa mifhum li huwa diġà poġġa tragward lil sħabu l-ġodda, u qal lill-kompatrijott Bruno Fernandes biex jinforma lid-dressing room li jistenna li jirbaħ il-Premier League dan l-istaġun.

“Il-players u l-istaff tal-manager Ole Gunnar Solskjaer issa jemmnu li għandhom l-aħjar skwadra fil-kampjonat u jistgħu jirbħu l-Premier League dan l-istaġun,” qal sors ta’ Manchester United.

‘Ronaldo tkellem ukoll ma’ Bruno Fernandes u qallu biex jgħid lill-players l-oħra li għandhom bżonn jirbħu l-Premier League din is-sena.’

‘Għandhom bżonn jaħdmu qatigħ u jibdew jemmnu fihom infushom. Il-plejers ma waqfux jitkellmu dwar Ronaldo minn meta ffirma u ma jistgħux jistennew li jitħarrġu u jilagħbu flimkien miegħu. ‘

Ronaldo issa għaddej minn kwarantina ta’ ħamest ijiem, b’akkwist ġdid mhux eliġibbli għal eżenzjoni sportiva elite skond ir-regoli tal-coronavirus.

Huwa qasam ritratt mas-segwaċi tiegħu li jammontaw għal 335 miljun persuna fuq Instagram fuq is-Sibt mil-lukanda tiegħu f’Manchester mal-ħabib Rui Alves – bennej mill-Portugall li jaħdem fir-Renju Unit.

Manchester United ma rebħux it-titlu fl-era ta’ wara Sir Alex Ferguson u temmew 12-il punt distakk miċ-champions Manchester City matul l-istaġun li għadda.

Sport