Friday, October 11, 2024

Ara: “X’ritorn dak!”… ABBA jħabbru l-ħruġ ta’ album ġdid wara 40 sena

Aqra wkoll

Il-grupp popolari Svediż bl-isem ta’ ‘ABBA’ ħabbar l-ewwel album ġdid tagħhom f’erba’ deċennji. Għall-ammiraturi tal-mużika tagħhom hemm aħbar oħra li żgur se tinżel għasel hekk kif is-sena d-dieħla dan il-grupp se jagħmel sensiela ta’ kunċerti virtwali billi jużaw avatars diġitali tagħhom infushom.

L-album “Voyage” se joħroġ fil-5 ta’ Novembru. Nhar il-Ħamis ħarġu żewġ diski – “I Still Have Faith in You” u “Don’t Shut me Down” – mill-għaxra li jinsabu f’dawn l-album.

YouTube video

Iż-żewġ diski ġodda ntlaqgħu b’mod tajjeb ferm hekk kif bosta kienu dawk li ddeskrivew ir-ritorn tal-ABBA bħala wieħed fenomenali.

L-album il-ġdid se jinkludi wkoll kanzunetta tal-Milied bl-isem ta’ “Little Things”.

Il-grupp ABBA ngħaqad fil-bidu tas-snin 70 minn Agnetha u Bjorn, flimkien ma’ Benny u Anni-Frid. L-inizjali tagħhom taw l-isem ta’ dan il-grupp. Huma biegħu aktar minn 385 miljun album u bosta kienu dawk id-diski li wassluhom għas-suċċess fosthom il-hits “Waterloo”, “ The Winner Takes it All” u “Take a Chance on Me”.

Sport