Thursday, April 18, 2024

Cristiano Ronaldo jsir l-ewwel player li skorja f’ħames edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Portugall …….3

Ghana ……….2

Cristiano Ronaldo sar l- ewwel player li skorja f’ħa­mes edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja meta għen lill-Portugal jegħlbu lil Ghana bl-iskor ta’ 3-2.

B’hekk huma kompla jikser ir-rekord fil-karriera illustri li jagħmluh wieħed mill- aqwa players ta’ kull żmien.

Wara taqsima mingħajr goals, Cristiano Ronaldo (65) fetaħ l-iskor mill-11-il metru.

Iż-żewġ goals l-oħra waslu minn Joao Felix (78) u Rafael Leao (80) filwaqt li Andre Ayew (73) u Osman Bukari (89) wieġbu għal Ghana.

Portugall: Diogo Costa, Ra­phael Guerreiro, Danilo Pereira, Ruben Dias, Joao Cancelo, Ruben Neves (Rafael Leao 77), Bruno Fernandes, Bernardo Silva (Joao Palhinha 88), Joao Felix (Goncalo Ramos 88), Cristiano Ronaldo (Joao Mário 88), Otavio (William Carvalho 56) – Coach: Fernando Santos

Ghana: Lawrence Zigi, Abdul Baba, Mohammed Salisu (Antoine Semenyo 93), Daniel Amartey, Alexander Djiku, Alidu Seidu (Tariq Lamptey 66), Andre Ayew (Jordan Ayew 77), Salis Samed (Daniel Kyereh 93), Thomas Partey, Mohammed Kudus (Osman Bukari 77), Inaki Williams – Coach: Otto Addo                 

Referee: Ismail Elfath (Stati Uniti)

Assistenti: Kyle Atkins,  Cor­ey Parker (Stati Uniti)

Ammoniti: M. Kudus, A. Ayew, A. Seidu (G); B. Fernandes,  D. Pereira (P)

Ekonomija

Sport