Wednesday, April 24, 2024

L-Arabja Sawdija trid investituri biex jixtru lil Liverpool u lil Manchester United

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Isport tal-Arabja Sawdija,  il-Prinċep Abdulaziz bin Turki Al-Faisal, żvela l-aħħar ambizzjonijiet sportivi tal-pajjiż hekk kif irid li l-investituri tal-pajjiż jieħdu f’idejhom lil Manchester United u lil Liverpool.

Huwa qal: “Qed nittama li jkun hemm investituri biex jixtru tnejn mill-aqwa clubs fid-dinja. 

“Il-Premier League huwa l-aqwa kampjonat fid-dinja. Kulħadd qed iħares lejn il-Premier League. Huwa l-aktar kampjonat segwit, tant, li jeżistu  partitarji  ta’ dawn it-timijiet madwar id-dinja kollha. Għalhekk ikun ta’ benefiċċju għal kulħadd … speċjalment għall-investituri.”

Sport