Wednesday, April 24, 2024

Lejl sħiħ mingħajr dawl fil-kapitali Ukrena kawża tal-attakki Russi

Aqra wkoll

Madwar 70% tal-kapitali Ukrena għamlu l-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis mingħajr dawl u s-sitwazzjoni matul il-ġurnata tal-lum kompliet l-istess.
Il-ħaddiema kienu qegħdin jagħmlu ġlieda kontra l-ħin bit-tama li l-kapitali jerġa’ jkollha l-elettriku l-aktar minħabba li hemm bżonn li ċ-ċittadini jsaħħnu d-djar tagħhom minħabba l-kesħa.

Fl-aħħar jiem ir-Russja wettqet attakki kbar mill-ajru fuq faċilitajiet tal-enerġija u konsegwenza ta’ dan ħafna mill-pajjiż spiċċa mingħajr elettriku u anke ilma.
Is-Sindku ta’ Kiev Vitali Klitschko f’kummenti li ta lill-midja internazzjonali qal li mhux jeskludi li l-pajjiż kollu se jispiċċa mingħajr dawl, ilma u anke enerġija biex in-nies isaħħnu djarhom.

Eluf kbar ta’ persuni qegħdin jibqgħu fil-postijiet tax-xogħol tagħhom minħabba li f’dawn il-postijiet għad hemm elettriku b’hekk itaffu ftit mill-kesħa kbira li qed tagħmel.

Sport