Friday, April 26, 2024

Cristiano Ronaldo jxejjen spekulazzjonijiet li se jingħaqad ma’ Al-Nassr

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo tkellemm għall-ewwel darba fejn xejjen kull spekulazzjoni li ma aċċettax l-offerta ta’ £173 miljun mill-club tal-Arabja Sawdija, Al-Nassr. 

L-internazzjonali Portugiż qed ifittex club ġdid wara li temm il-kuntratt tiegħu ta’ Manchester United b’kunsens reċiproku, iżda ma jidhirx li huwa ħerqan li jħalli l-Ewropa.

Dan il-player ta’ 37 sena bħalissa jinsab fil-Qatar fejn qed jilgħab għal pajjiżu fit-Tazza tad-Dinja. Fl-aħħar logħba tiegħu huwa ġie utlizzat bħala sostitut fejn l-attakkant ta’ Benfica, Goncalo Ramos, ġie ppreferut u ta’ dan irreċiproka b’mod brillanti fejn skorja hat-trick fir-rebħa ta’ 6-1 fuq l-Isvizzera.

Sport