Thursday, April 25, 2024

Cristiano Ronaldo mistenni jilgħab kontra Aston Villa

Aqra wkoll

Il-manager temporanju ta’ Manchester United Ralf Rangnick qal li Cristiano Ronaldo għandu jkun disponibbli għall-konfront tal-Premier League ta’ nhar is-Sibt kontra Aston Villa.

L-internazzjonali Portugiż kien nieqes kontra Villa fl-FA Cup nhar it-Tnejn minħabba problema żgħira fil-ġenbejn, iżda r-Red Devils xorta rnexxielhom jgħaddu għar-raba’ round b’rebħa ta’ 1-0.

Waqt li tkellem mal-ġurnalisti wara l-partita, Rangnick qal li Ronaldo għandu jkun disponibbli għall-għażla kontra t-team ta’ Steven Gerrard fil-kampjonat nhar is-Sibt.

Il-player ta’ 36 sena kien f’forma impressjonanti għar-Red Devils dan l-istaġun, meta skorja 14-il darba f’21 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ronaldo sab ix-xibka fi tmien okkażjonijiet f’16-il dehra tal-Premier League, intant, inkluż goal kontra Burnley fl-aħħar suċċess fil-kampjonat ta’ Manchester United fl-aħħar ta’ Diċembru.

Harry Maguire u Phil Jones ukoll iridu jirritornaw għar-Red Devils fi tmiem il-ġimgħa, iżda Paul Pogba jibqa’ barra minħabba problema fil-koxxa.

Sport