Monday, May 6, 2024

Cristiano Ronaldo se jibqa’ ma’ Manchester United

Aqra wkoll

L-attakkant Portugiż, Cristiano Ronaldo, xejjen kull spekulazzjoni li b’xi mod se jħalli lil Manchester United fis-sajf li ġej.

Huwa sostna li jinsab kuntent f’Old Trafford u jinsab ħerqan ħafna li se jaħdem taħt il-coach il-ġdid Erik ten Hag fit-tentattiv li jerġgħu jibdew jirbħu l-unuri.

“Se nibqa’ hawn. Ninsab kuntent ħafna hekk kif dan il-club għeni biex inkompli ntejjeb il-karriera tiegħi. Irrid nirringrazzja lill-partitarji li laqgħuni lura u għaldaqstant fl-istaġun li ġej se nkun konċentrat biex nibqa’ nagħti l-massimu tiegħu,” qal Ronaldo.

Sport