Sunday, November 10, 2024

Pjan biex fi 15-il sena Milan ikollha kilometri ta’ korsiji siguri għaċ-ċiklisti

Aqra wkoll

Fi żmien 15-il sena, il-belt ta’ Milan għandu jkollha network komprensiv ta’ korsiji apposta biex in-nies jagħmlu użu mir-roti u hekk jitnaqqas t-tniġġis ikkawżat mill-karozzi.

Dan in-network għandu jkun lest sas-sena 2035 wara li f’Novembru li għadda ġie approvat mill-istess belt. 

Huwa mistenni li jitlestew l-ewwel awtostradi sas-sajf li ġej. Dawn l-awtostradi ħa jkunu apposta għaċ-ċiklisti. 

Il-proġett hu stmat li se jiswa 250 miljun. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li l-poplu jibda jara r-rota bħala l-ewwel għażla biex ikun jista’ jivvjaġġa kemm fil-qalba tal-belt kif ukoll madwar il-kampanja.

Dan il-proġett mistenni jtejjeb is-sitwazzjoni tal-belt hekk kif f’dan l-istadju hija kkunsidrata bħala waħda mill-aktar li tikkawża tniġġis fl-Ewropa. 

Sport