Cristiano Ronaldo ġie sospiż b’mod preventiv mill-FA tal-Portugall, li fetħet proċedura dixxiplinari kontrih wara li telaq mill-kamp tat-team nazzjonali waqt il-waqfa għall-UEFA Nations League.
Il-każ beda wara li Ronaldo ma pparteċipax fit-taħriġ għal tlett ijiem konsekuttivi u telaq minn Copenhagen b’vann tat-team nazzjonali, filwaqt li sħabu kienu għadhom jitħarrġu.
Is-sitwazzjoni eskalat wara li l-coach, Jorge Jesus, ħalla lill-attakkant fuq il-bank għal 90 minuta fil-partita kontra n-Norveġja, minkejja li kien intbagħat jagħmel il-warming-up.
Il-FPF ikkonfermat li l-investigazzjoni ngħatat prijorità urġenti, iżda d-dettalji mhux se jkunu pubbliċi sakemm tintemm. Ronaldo kien diġà ppubblika stqarrija biex jagħti l-verżjoni tiegħu tal-ġrajjiet.




