Saturday, December 21, 2024

Cristiano Ronaldo sospiż u mmultat mis-Saudi Pro League

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, li qed jilgħab ma’ Al-Nassr fis-Saudi Pro League, ġie sospiż u mmultat minħabba allegat ġest offensiv. 

L-eks player ta’ Manchester United u Real Madrid għamel dan l-imsemmi ġest fir-rebħa ta’ 3-2 fuq ir-rivali Al-Shabab. 

Madankollu, filmati wrew lil Ronaldo jaqbad widnejh u ripetutament jagħmel mossi quddiem il-parti privata tiegħu bħala “tweġiba” lejn il-partitarji avversarji. 

Instemgħu wkoll kant fl-isfond ta’ “Messi” – li jirreferu għar-rivalità fit-tul tal-ikona Portugiża mal-avversarju Arġentin.

Issa l-Kumitat tad-Dixxiplina u l-Etika tal-Kumitat tal-Federazzjoni tal-Football tal-Għarabja Sawdita (SAFF) ħabbar li Ronaldo ġie sospiż.

Fi stqarrija maħruġa, il-kapijiet Sawdi kkonfermaw li Ronaldo se jitlef il-logħba li jmiss ta’ Al-Nassr f’darhom kontra Al-Hazm, nhar il-Ħamis li ġej, u jrid iħallas ukoll multa ta’ €5,000.

Il-kumitat iddikjara wkoll li d-deċiżjoni ma kinitx miftuħa għal appell.

Ekonomija

Sport