Monday, May 13, 2024

Jitlesta x-xogħol fuq il-wiċċ il-ġdid tat-triq fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Wara xogħol li sar matul il-lejl għal dawn l-aħħar 3 ġimgħat, Infrastructure Malta lestiet x-xogħlijiet li saru fuq wiċċ it-triq prinċipali tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid.

B’dan ix-xogħol tranġaw ħsarat li kienu żviluppaw minn ħdejn iċ-Ċentru tas-Saħħa sa fejn il-każin tal-klabb tal-futbol tal-Hibernians.

Kien il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett li kien ħabbar li se jinbidel il-wiċċ tat-triq wara diversi ilmenti li kienu waslulu.

Il-Ministru Bonett ħabbar li t-tieni fażi ta’ dan il-proġett se jkun it-tisbieħ tal-Pjazza. Ħabbar li Infrastructure Malta qed taħdem fuq disinn ġdid li se jkun lest fil-jiem li ġejjin.

Sport