Wednesday, April 24, 2024

Jasal l-MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Aqra wkoll

Ilbieraħ wara nofsinhar fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex wasal il-makkinarju li bih se jkun qiegħed isir l-MRI għal pazjenti Għawdxin.

Għalissa dan se jkun qiegħed jintuża b’mod temporanju biex b’hekk is-servizz jibda’ jingħata ferm aktar qabel minn dak ippjant.

Il-kontejner li fih hemm il-makkinarju tal-MRI ġie pparkjat fil-parking tat-tobba fil-binja tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Fil-jiem li ġejjin grupp ta’ infermiera se jibdew it-taħriġ tagħhom fuq l-MRI biex imbgħad l-Għawdxin ma jkollhomx għalfejn jinżlu aktar l-Isptar Mater Dei għal dan is-servizz.

Kien f’Jannar li għadda meta l-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela ħabbar fil-Parlament li kien inħareġ tender għal żewġ MRIs wieħed għal Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u ieħor għal Isptar San Vincenz De Paul.

Sport