Monday, November 16, 2026
Home Sport Crystal Palace viċin li jaħtru lil Thomas Frank bħala coach

Crystal Palace viċin li jaħtru lil Thomas Frank bħala coach

0
27

Crystal Palace jinsabu viċin li jaħtru lil Thomas Frank bħala l-coach il-ġdid tagħhom, hekk kif in-negozjati bejn iż-żewġ partijiet jinsabu fi stadju avvanzat.

Il-coach Daniż, ta’ 53 sena, ħareġ bħala l-kandidat ewlieni biex jieħu post Pierre Sage, li tkeċċa wara bidu diżappuntanti fl-istaġun tal-Premier League.

Frank ilu mingħajr club minn Frar, meta ntemmet l-esperjenza tiegħu ma’ Tottenham. Madankollu, ir-reputazzjoni tiegħu żdiedet sew wara seba’ snin ma’ Brentford, fejn irnexxielu jistabbilixxi lit-tim fost l-aqwa klabbs Ingliżi.

Crystal Palace jittamaw li Frank ikun kapaċi jtejjeb id-difiża, jerġa’ jqajjem il-fiduċja fl-iskwadra u jgħin lit-team joħroġ mill-kriżi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here