Mara ttajret minn mewġa qawwija waqt li kienet fuq il-bajja ta’ Oceanside, fl-Istat ta’ Oregon, fil-Majjistral tal-Istati Uniti, is-Sibt wara nofsinhar.
B’xorti tajba l-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi
L-inċident seħħ hekk kif il-kosta ta’ Oregon kienet taħt twissija minħabba baħar qawwi. Iż-żona, li tinsab mal-Oċean Paċifiku u hija magħrufa għall-bajjiet pittoreski tagħha, tista’ tkun esposta għal mewġiet f’daqqa u perikolużi (sneaker waves), li jistgħu jaħkmu lil dawk li jkunu qrib ix-xatt.




