L-Arċisqof Charles Scicluna jfakkar fl-importanza li nużaw it-talenti tagħna għall-ġid tal-oħrajn

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Foqra, l-Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra quddiesa fil-parroċċa tal-Imġarr, fejn waqt l-omelija rrifletta dwar ir-responsabbiltà li kull wieħed u waħda minna għandu li jwieġeb għall-fiduċja li l-Mulej ipoġġi fih.

Waqt il-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof spjega kif Alla żejjinna b’diversi talenti li aħna msejħin niżviluppaw u nħaddmu għall-ġid. Huwa saħaq li tkun traġedja jekk inħallu l-biża’ tipparalizzana u twaqqafna milli nagħmlu użu minn dak li ngħatajna.

Huwa spjega wkoll li meta fil-fidi nisimgħu dwar il-biża’ tal-Mulej, ma nkunux qed nitkellmu dwar biża’ li jbeżżagħna, iżda dwar ir-rikonoxximent u r-rispett lejn Alla għal dak li hu.

L-Arċisqof fakkar li fl-aħħar ta’ ħajjitna lkoll irridu nagħtu kont ta’ dak li ġie fdat f’idejna. Għalhekk, għandna nitolbu l-għajnuna ta’ Alla sabiex il-fiduċja li huwa għandu fina tkompli tikber u tagħti l-frott.

Fil-messaġġ tiegħu, enfasizza li l-Mulej ma jistenniex minna li nagħmlu affarijiet kbar, iżda li ngħożżu u nużaw bl-aħjar mod dak li għandna f’idejna, anke jekk jidher li huwa ftit.

Messaġġ li f’Jum il-Foqra jfakkarna fl-importanza li ma naħbux it-talenti tagħna, iżda nużawhom b’responsabbiltà, b’fiduċja u b’imħabba lejn il-proxxmu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport