Saturday, May 4, 2024

Cyrus Engerer l-aktar favorit għal flok Miriam Dalli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bir-riżenja ta’ Miriam Dalli mill-Parlament Ewropew biex tidħol f’dak Malti issa l-attenzjoni ddur fuq min se jeħdilha postha fi Brussel.

Il-favorit nett li jitla’ Brussel huwa Cyrus Engerer li kien il-ħames l-iktar kandidati li ġab voti fl-elezzjoni tal-2019.

Bħala voti fl-ewwel għadd Dalli kienet kisbet 63,438 vot; Alfred Sant 26,592; Alex Agius Saliba 18,808 u Josianne Cutajar 15,603 biex kienu huma l-erba’ kandidati eletti f’isem il-Partit Laburista.

Engerer ġie warajhom b’5,394 vot segwit minn James Grech b’2,530; Josef Caruana b’2,308; Joseph Sammut b’1,747; Felix Busuttil b’1,189; Noel Cassar b’1,182; Mary Gauci b’703; Robert Micallef b’595 u Fleur Vella b’439 vot.

B’hekk meta l-Kummissjoni Elettorali tiftaħ in-nomini biex jintela post Dalli jkun Engerer li jeħdilha postha.

Jekk ikun elett hu din tkun it-tieni darba li jkun qed iservi fi Brussel wara li għamel żmien jokkupa l-irwol ta’ Rappreżentant Permanenti Malti għall-UE.

Sport