Daichi Kamada jinsab lest sabiex jiffirma kuntratt ta’ ħames snin ma’ AC Milan. Il-plejer li jinsab fl-aħħar jiem ma’ Eintracht Frankfurt, lest sabiex jilbes il-flokk Rossonero u jsir it-13-il plejer Ġappuniż li se jilgħab fis-serie A Taljana.
Kamada għandu 26 sena u lagħab 28 darba mat-tim nazzjonali Ġappuniż filwaqt li skorja sitt gowls. Hu jilgħab bħala midfielder offensiv għalkemm ġieli ġie użat ukoll bħala attakkant.