B’reazzjoni għar-rebħa storika Laburista fl-elezzjoni ġenerali, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li dak li bdejna flimkien fl-2013 għadu ħaj. Huwa qal li: “Tajna s-sehem tagħna kull meta u kull fejn konna mitluba, u wettaqna dmirna b’impenn u b’sens ta’ servizz, kif dejjem għamilna.”
Dr Muscat tenna jgħid li “Nemmnu li minkejja li flimkien ktibna paġna importanti fl-istorja ta’ pajjiżna, il-vjaġġ għadu ma spiċċax. Jekk nibqgħu nisimgħu lin-nies, nifhmu l-isfidi tagħhom u naħdmu għall-aspirazzjonijiet tagħhom, hemm aktar li nistgħu nagħmlu u aktar li nistgħu nwettqu flimkien.”


