Monday, June 1, 2026

Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu ta’ Għawdex jestendi l-awguri tiegħu lil Prim Ministru għall-mandat imġedded fdat lilu mill-poplu 

Aqra wkoll

Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu ta’ Għawdex jestendi l-awguri tiegħu lill-Onor. Prim Ministru Dr. Robert Abela għall-mandat imġedded fdat lilu mill-poplu Malti biex imexxi  għall-ħames snin li ġejjin.

L-Assoċjazzjoni tawgura lill-Prim Ministru u lill-Kabinett il-ġdid tiegħu mandat produttiv u ta’ suċċess fil-kariga, wieħed li jkompli jipprijoritizza s-sostenibbiltà fit-tul u l-kompetittività tas- settur tat-turiżmu, pilastru essenzjali tal-ekonomija tal-Gżejjer Maltin.

Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu ta’ Għawdex tesprimi t-tama tagħha li l-Gvern il-ġdid jkompli jirrikonoxxi u jappoġġja r-reżiljenza, l-intraprenditorija, u d-dedikazzjoni dimostrati mill-partijiet interessati fl-industrija tat-turiżmu Għawdxija. 

L-Assoċjazzjoni tafferma mill-ġdid l-impenn sħiħ tagħha għal kollaborazzjoni kontinwa mal-Gvern, kif dejjem għamlet. It-tisħiħ ta’ din il-kollaborazzjoni jibqa’ vitali hekk kif is-settur ikompli jaħdem lejn turiżmu ta’ kwalità dejjiema u jistinka għal tkabbir u eċċellenza kontinwi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport