Wednesday, April 24, 2024

“Dak li ħlomt bih seħħ”… Simboli tad-donazzjoni tad-demm biex juru t-triq lejn iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm

Aqra wkoll

“Sodisfatt li wasalna fejn xtaqt, u dak li ħlomt bih seħħ.” Hekk qal Tony Micallef, mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm wara li Infrastructure Malta ħabbret li żiedu simboli tad-donazzjoni tad-demm fit-tabelli direzzjonali fl-inħawi tal-Imsida u Gwardamanġia.

Dan sar biex juru t-triq lejn iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ħdejn l-Isptar San Luqa.

“Għaliex ma tibdiex is-sena l-ġdida b’donazzjoni ta’ demm, biex tgħin l-isptarijiet isalvaw il-ħajja?,” qalet Infrastructure Malta.

Intant, is-Sur Micallef wera wkoll apprezzament tal-ħidma ta’ bosta, partikolarment tas-Sur Frederick Azzopardi, tas-Sur Lawrence Darmanin u tas-Sur Orazio Galea.

Huwa qal li dan hu biss il-bidu u li aktar ‘l quddiem se naraw iktar minn dawn is-sinjali fit-toroq prinċipali ta’ qrib Gwardamanġia.

Sport