Wednesday, March 27, 2024

L-Iżrael japprova t-tieni round tal-booster għall-aktar persuni vulnerabbli

Aqra wkoll

Wara li ftit tal-jiem ilu l-Iżrael ħabbar li kien qed jippjana li jkun l-ewwel pajjiż li jibda jagħti r-raba’ doża tal-vaċċin, fl-aħħar sigħat tħabbar li huwa approva r-raba’ doża ta’ vaċċin kontra l-Covid-19 għal dawk in-nies l-aktar vulnerabbli.

B’hekk l-Iżrael se tibqa’ għaddejja bl-għoti tat-tieni booster għal dawk vulnerabbli, inkluż persuni li għandhom aktar minn 60 sena u pazjenti bil-kanċer, iżda d-deċiżjoni finali li tingħata lil kulħadd għadha pendenti.

Dan qed isir hekk kif il-pajjiż qed iħejji għal mewġa oħra ta’ infezzjonijiet relatata mal-varjant tal-Omicron.

Id-deċiżjoni mill-uffiċjali tas-saħħa seħħet aktar minn ġimgħa wara li esperti tal-pandemija fl-Iżrael irrakkomandaw r-raba’ doża għal persuni li għandhom sistema immunità dgħajfa, kif ukoll għal oħrajn f’riskju għoli, inklużi dawk li għandhom aktar minn 60 sena u ħaddiema tas-saħħa.

Minnufih, il-Prim Ministru Iżraelit Naftali Bennett laqa’ dan il-pjan u talab lill-uffiċjali biex jibdew bil-preparamenti tagħhom f’dan ir-rigward.

Nhar it-Tnejn, sptar ġewwa Iżrael amministra bi prova r-raba’ doża tat-tilqima kontra l-Covid-19 fuq grupp ta’ 150 persuna.

Ekonomija

Sport