Tuesday, May 14, 2024

Eluf ta’ persuni evakwati minħabba nirien kbar ġewwa Colorado

Aqra wkoll

Għexieren ta’ eluf ta’ persuni ġew evakwati filwaqt li mijiet ta’ djar spiċċaw inqerdu f’nirien kbar li qed jaħkmu lill-istat ta’ Colorado ġewwa l-Istati Uniti. 

Nirien kbar qed jinfirxu b’mod mgħaġġel ġewwa Boulder County fit-Tramuntana ta’ Denver fejn l-uffiċjali mhux qed jeskludu li jkun hemm imwiet jew persuni li jsofru ġrieħi serji. Fl-aħħar sigħat kien hemm madwar 30,000 persuna – fil-bliet ta’ Louisville u Superior – li ngħataw parir biex jitilqu minn djarhom. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-gvernatur tal-istat, Jared Polis, iddikjara stat ta’ emerġenza. 

Meta kien qiegħed jitkellem mal-midja f’konferenza tal-aħbarijiet Polis qal li, “dawn in-nirien huma forza tan-natura, aħna nittamaw li r-riħ ibatti u t-temp jinbidel. Lil dawk li qed jiġu affettwati aħna ngħidulhom li mhux se nħallukom waħedkom.”

Ir-riħ ta’ 105 mili fis-siegħa qiegħed ikompli jikkomplika s-sitwazzjoni hekk kif kawża tiegħu n-nirien qed ikompli jinfirxu. Uħud min-nirien żvolġew wara li r-riħ qawwi qaċċat arbli li jżommu l-wires tad-dawl.

Sport