Thursday, May 16, 2024

Dalwaqt tibda t-tieni laqgħa bejn l-Ukreni u r-Russi

Aqra wkoll

Għal darb’oħra l-Ukreni u r-Russi se jiltaqgħu għat-tieni rawnd ta’ negozjati, bit-taħdidiet mistennija jibdew għall-ħabta tat-3.00p.m. ħin lokali.

L-għan minimu ta’ Kiev huwa li jitwaqqfu dawk li jissejħu “humanitarian corridors” li huma rotot għan-nies biex jaħarbu minn żoni milquta mill-kunflitti.

Dan skont in-negozjatur Ukren Davyd Arakhamia, li tella’ aġġornament qasir fuq Facebook flimkien ma’ ritratt tiegħu u ta’ kollega quddiem ħelikopter.

L-ewwel taħdidiet bejn iż-żewġ pajjiżi żvolgew it-Tnejn li għadda iżda spiċċaw mingħajr ftehim ħlief għall-fatt li se jkomplu bid-diskussjonijiet.

Sport