West Ham United jistgħu jinsistu li jirċievu sa £75m għal Jarrod Bowen matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Il-player ta’ 25 sena s’issa gawda minn staġun mill-isbaħ, fejn skorja tmien goals u pprovda tmien assists mis-27 dehra tiegħu fil-Premier League.
Il-playmaker, li qed jimbotta għal sejħa mat-team nazzjonali Ingliż, qed jitqies bħala mira potenzjali għal numru ta’ clubs mill-aqwa, inklużi l-ġganti tal-Premier League, Liverpool.
Madankollu, huwa mifhum li l-Hammers jistgħu jitolbu ħlas ta’ £75m biex ibiegħu lil wieħed mill-players l-aktar ta’ valur tagħhom.
Sakemm ma jċedux wieħed mill-attakkanti l-oħra tagħhom, Liverpool x’aktarx ma jissodisfawx dawk it-talbiet peress li dan l-aħħar ħarġu £37m għall-akkwist ta’ Luis Diaz.
Fil-preżent, Bowen, għandu kuntratt fil-London Stadium sal-2025, iżda West Ham se jfittxu li jestendu dawk it-termini fil-futur qrib.