Wednesday, May 13, 2026

‘Dan huwa l-frott ta’ ħafna xogħol, paċenzja u fiduċja. … ma kienx faċli, imma dejjem emminna li se naslu’ – Mario Muscat

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Wara staġun mimli pressjoni u emozzjonijiet fil-Yo Health Malta Premier, Mario Muscat, Direttur Tekniku ta’ Mosta FC, tkellem magħna dwar wieħed mill-aktar staġuni intensivi tal-karriera tiegħu fis-settur tekniku tal-klabb.

Mosta rnexxielhom jsalvaw posthom fl-ogħla diviżjoni wara Relegation Play-Off diffiċli kontra Naxxar Lions, logħba li għal ħafna kienet meqjusa bħala finali vera.

Muscat, eks goalkeeper tat-tim nazzjonali Malti u figura rispettata fil-futbol lokali, ma jaħbix li dan kien staġun li tefa’ pressjoni kbira fuq kulħadd fil-klabb, iżda fl-istess ħin jiddeskrivih bħala wieħed li wera l-karattru veru ta’ Mosta.

“Dan kien staġun ta’ tlugħ u nżul,” jibda Muscat. “Kellna mumenti tajbin, imma wkoll perjodi fejn konna taħt pressjoni kbira, speċjalment fil-closing round. L-importanti hu li qatt ma tlifna l-fidi fil-kapaċitajiet tagħna.”

Hu jispjega kif fil-futbol modern, speċjalment f’kampjonat kompetittiv bħal dak Malti, il-mentalità spiss tkun importanti daqs il-kwalità teknika.

“Meta tkun fil-qiegħ tal-klassifika, ħafna jistgħu jaqtgħu qalbhom. Imma aħna ddeċidejna li nibqgħu magħqudin u naħdmu flimkien.”

Il-logħba kruċjali kontra Naxxar Lions kienet dik li ddeċidiet kollox, u Mosta ħarġu rebbieħa b’gowl wieħed ta’ Azer Kozic li bagħat lin-Naxxarin fil-BOV Challenge League u ħalla lit-tim tar-Rotunda mal-kbar.

“Kont nafu li tkun logħba diffiċli ħafna. Naxxar kienu qed jagħmlu closing round tajjeb ħafna u ma kienx tim faċli,” jgħid Muscat. “Imma fil-ġurnata tal-logħba, konna aħjar bħala tim.”

Huwa jżid: “F’dawn il-mumenti ma tistax taħseb wisq. Trid tkun effiċjenti u tikkontrolla l-emozzjonijiet. Il-plejers tagħna kienu dixxiplinati ħafna u segwew il-pjan li ħejjejna sal-aħħar minuta.”

Muscat jemmen li s-suċċess ta’ Mosta ma ġiex biss mill-istrateġija, iżda mill-mentalità kollettiva tal-iskwadra.

“Forsi mhux dejjem konna l-aħjar fuq il-karta, imma konna tim li qatt ma ċeda. Dik hija l-aktar ħaġa importanti.”

Hu jispjega li anke f’mumenti diffiċli, il-grupp baqa’ juri għaqda:

“Kellna plejers li ħadmu sal-aħħar, anke meta kienu għajjenin jew frustrati. Dik hija d-differenza bejn tim li jiġġieled għas-salvazzjoni u tim li jaqa’.”

Muscat ma jonqosx milli jagħti kreditu lil dawk wara l-kwinti.

“Nixtieq nirringrazzja lill-president u lill-kumitat li baqgħu warajna anke meta l-affarijiet kienu diffiċli. Il-fiduċja tagħhom kienet essenzjali.”

Hu jfaħħar ukoll lill-istaff tekniku:

“Il-kowċis u l-istaff tiegħi kienu professjonali ħafna. Ħdimna flimkien kuljum biex insibu soluzzjonijiet. Fi staġun bħal dan, ma tistax taħdem waħdek.”

Muscat jagħmilha ċara li s-suċċess finali jappartjeni lill-plejers.

“Dawn huma l-veri eroj. Huma dawk li jidħlu fil-grawnd u jaffaċċjaw il-pressjoni. Aħna nagħtuhom direzzjoni, imma huma jwettqu.”

Hu jżid li l-iskwadra wriet maturità speċjalment fl-aħħar logħbiet: “Meta wasal il-mument kruċjali, il-plejers wieġbu b’mod mill-aqwa.

Muscat jirrimarka wkoll fuq il-konsistenza tal-klabb:

“Ftit jindunaw, imma Mosta ilhom ħafna snin fil-Premier League. Mhux faċli li tibqa’ hemm għal 15-il staġun konsekuttiv. Dan juri l-istabbiltà tal-klabb.”

Hu jgħid li dan ir-riżultat juri li l-proġett ta’ Mosta għadu ħaj:

“Mhux biss dwar staġun wieħed. Huwa dwar struttura u kontinwità.”

Il-partitarji kienu wkoll parti importanti mill-istaġun.

“Anke meta konna għaddejjin minn mumenti diffiċli, il-partitarji baqgħu warajna. Dan jagħti saħħa kbira lill-plejers.”

Hu jżid:

“Meta tara lill-partitarji jemmnu fik, trid tagħtihom lura b’wirjiet tajbin fil-grawnd.”

Wieħed mill-aktar aspetti importanti li spikka matul dan l-istaġun kien il-mod kif Mosta rnexxielhom jibqgħu kalmi anke meta kienu taħt pressjoni kbira fil-klassifika. Muscat jispjega li f’sitwazzjonijiet bħal dawn, mhux biss il-ħiliet tekniċi jiddeċiedu r-riżultat, imma wkoll il-mentalità u l-esperjenza tal-grupp.

“Meta tkun f’pożizzjoni fejn kull logħba ssir finali, trid titgħallem kif tmexxi l-pressjoni,” jgħid Muscat. “Aħna kellna mumenti fejn konna nafu li logħba waħda tista’ tbiddel kollox, imma l-plejers baqgħu ffukati.”

Huwa jenfasizza wkoll l-importanza tal-preparazzjoni ta’ kull ġimgħa:

“Il-ħidma fit-training ground kienet kruċjali. Ħdimna fuq dettalji żgħar, fuq dixxiplina tattika u fuq mentalità pożittiva. Dak li rajt fil-logħba finali kien rifless ta’ dak kollu li għamilna matul is-sena.”

Muscat jagħlaq din il-ħsieb billi jgħid li s-suċċess ta’ Mosta mhux biss dak li evitaw ir-relegazzjoni, iżda li temmew staġun diffiċli b’sens ta’ unità u identità ċara bħala klabb fil-Yo Health Malta Premier.

Meta mistoqsi dwar kif jiddeskrivi t-tmiem tal-istaġun, Muscat kien ċar:

“Dan huwa l-frott ta’ ħafna xogħol, paċenzja u fiduċja. Ma kienx faċli, imma dejjem emminna li se naslu.”

Hu jtemm b’messaġġ ċar dwar il-futur:

“B’xi mod jew ieħor, aħna dejjem nilħqu l-għan tagħna. Issa rridu nibnu fuq dan u nagħmlu pass ’il quddiem.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport