Sunday, December 22, 2024

“Dan huwa ż-żmien tar-responsabbiltajiet” – Bernard Grech

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li dan mhux żmien l-apoloġiji. Qal li dan huwa żmien ta’ azzjoni u ta’ responsabbiltajiet.

“Illum ir-rapport tal-inkjesta pubblika jgħidilna li kieku tieħdu azzjonijiet qabel, forsi stajna nevitaw il-mewt ta’ Jean Paul Sofia… għalhekk dan huwa żmien tar-responsabiltajiet,” qal Grech. Huwa saħaq ukoll li llum għandna iswed fuq l-abjad għaliex “il-Prim Ministru għal diversi xhur ma riedx jagħmel l-inkjesta pubblika.”

Huwa kompla billi rringrazzja lil omm u missier Jean Paul tad-determinazzjoni tagħhom fejn qal: “Illum tajtu tama lil Malta.. Meta tajtu tama lil uliedna. Tajtu tama lil pajjżna, lill-poplu Malti u Għawdxi. Għalhekk grazzi Isabel u grazzi John.”

Ekonomija

Sport