Sunday, December 22, 2024

Dani Alves se jgħaddi ġuri fuq allegat stupru

Aqra wkoll

Id-difensur veteran, Dani Alves, 40 sena, ilu l-ħabs mingħajr pleġġ minn Jannar wara li ġie arrestat fuq allegazzjoni li aggredixxa mara f’nightclub f’Barċellona, f’Diċembru li għadda. Huwa ċaħad l-allegazzjonijiet u jgħid li kellu sess kunsenswali mal-akkużata tiegħu. Qorti ta’ Barċellona issa ddeċi­diet li hemm biżżejjed raġunijiet għalih biex jgħaddi ġuri wara talbiet mill-prosekutur pubbliku u l-avukat tal-mara.

“Id-dikjarazzjonijiet tal-allegata vittma u d-dikjarazzjonijiet tax-xhieda u r-rapporti tal-esperti li jidhru fil-każ għandhom jitqiesu bħala suffiċjenti għal dan il-għan, mingħajr preġudizzju għall-eżitu finali wara l-fażi plenarja,” qalet il-Qorti fi stqarrija. Għadha ma ġietx stabbilita data għall-proċeduri.

Fi Spanja, talba ta’ stupru hija nvestigata taħt l-akkuża ġenerali ta’ attakk sesswali u kundanni jistgħu jwasslu għal sentenzi ta’ ħabs ta’ bejn erba’  snin u 15-il sena.

Alves lagħab 408 darba ma’ Barcelona, rebaħ sitt tit­li tal-kampjonat u tliet Champions League f’żewġ perjodi, u kien ukoll parti mill-iskwadra tal-Brażil fit-Tazza tad-Dinja 2022.

Ekonomija

Sport